"Esperjenza Indimentikabbli" – Mara Tirrakonta X'Ġara Hekk Kif Ilbieraħ Fekruna Telgħet L-Għadira Biex Tbid

Aħbar sabiħa hekk kif Nature Trust lbieraħ sabu bejta oħra ta’ fekruna. Is-sinjura Azzopardi li kienet fuq il-post iddeskriviet din l-esperjenza bħala indimentikabbli.

“Konna vera xurtjati li nkunu fil-bajja fil-ħin li l-fekruna bdiet tħaffer u tpoġġi l-bajd filwaqt li tattiehom u tmur lura fil-baħar. In-nies fil-bajja kienu ko-operattivi ferm u kulħadd żamm id-distanza filwaqt li ma ntuża ebda flash tal-kameras” tgħid din il-mara. 





L-għaqda Nature Trust tappella lin-nies biex fil-bajja issa jirrispettaw il-kundizzjonijiet ġodda speċjalment ma jkunx hemm ħafna storbju.

Tappella wkoll b’mod urġenti biex jissieħbu voluntiera ħalli jgħinu fil-ħarsien tal-bejta. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jibgħat email fuq turtle.naturetrust@gmail.com



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI