Kull min mar jara l-pantomima Alice F’Dal-Pajjiż Tal-Meravilji ġo Dar Il-Mediterran ra lil Danita u lil binha Lenny fil-partijiet ta’ fniek. Kienu ħafna li faħħru l-fatt li l-influencer lokali telgħat fuq il-palk mal-għażiż binha. Esperjenza unika. Danita taqsam il-ħsibijiet tagħha dwar dan.
Hi tirrifletti, “Meta ġejt offruta parti għal pantomima ma’ Lenny, qas ħsibtha darbtejn. U għedt iva mill-ewwel. Little did I know, kemm xogħol kellha tirrikjedi. Kemm keddet ħadt biex tgħallimna kollox, kemm keddet biex żammejt lit-tifel kwiet waqt rehearsals, il-biża’ li ħa nħawdu.”
Danita ma’ dan tgħid ukoll, “L-ansjetà u l-emozzjonijiet kollha li għaddejna minnhom dawn ix-xhur kienu kbar wisq! Tant kbar li naħseb qatt ma ħsibt li tista’ tħoss dak kollu ġieli f’ġurnata waħda!”
Hi żżid, “Illum li fadlilna biss performance waħda fit-3 ta’ Jannar, inħossni kburija b’li rnexxielna nagħmlu jien u tifel biss ta’ sitt snin. Qatt ma falla milli jgħid line, dejjem kien hemm u għamel kollox kif suppost. Inħossni kburija li għamilnija, ltqajna ma’ nies taż-żokkor, tista’ tgħid ħbieb li ser jibqgħu hemmhekk.”
Danita tkompli, “Esperjenzajna xi ħaġa unika, ġo wieħed mill-akbar teatri ta’ Malta flimkien. Grata għal min afdani b’dan ir-rwol, grata għall-fiduċja li kellhom fina u grata għall-esperjenza kollha bit-tajjeb u l-ħażin! Ħa tibqa’ f’qalbna din u bla dubju memorja għal ħajjitna!”
Hi ttemm bil-kliem, “Grazzi kbira lil żewġi talli qatt u qatt ma gerger għax dan għamel xahrejn waħdu kull filgħaxija jistenniena ġejjin id-dar. Grazzi Rodney tal-fiduċja tiegħek! Ħabib għal ħajti.”
Facebook / One Chick and a Yorkie