“Għażiż Tagħna, Grazzi Talli Int Missier Ta’ Veru Għal Liam U Eżempju Tajjeb Għat-Tifel Tagħna.” – Maronia Lil Lawrence Gray F’Għeluq Sninu!

Illum jum speċjali għal Lawrence Gray għax jiċċelebra għeluq sninu u wkoll hu l-anniversarju tiegħu ma’ Maronia. Martu Maronia tiktiblu messaġġ mill-qalb!

Hi tibda billi tgħid, “Illum hija ġurnata speċjali għalina għax il-Wenzu tagħna jagħlaq 50 sena u qed niċċelebraw ukoll l-anniversarju tagħna. Għażiż tagħna, grazzi talli int missier ta’ veru għal Liam u eżempju tajjeb għat-tifel tagħna. Grazzi talli int raġel li tagħmel minn kollox biex inkunu kuntenti u biex ma jonqosna xejn.”

Maronia żżid, “Ftakar dejjem li għalina, l-aktar ħaġa importanti hija li nkunu flimkien u ngawdu lil xulxin kemm nistgħu. Mhux dejjem kollox ward u żahar, imma bl-imħabba tagħna dejjem irnexxielna negħlbu kull ostaklu, għax dejjem konna hemm għal xulxin – kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin, għax hekk hi l-ħajja.”

Hi ttemm, “Ejja niċċelebraw lilek u lilna kif jixraq, għażiż! U ftakar dejjem li fil-ħajja qatt m’għandek taqta’ qalbek jew tħalli lil ħadd ikissrek jew jgħidlek li m’intix kapaċi. Għad għandek ħafna x’toffri! Inħobbok għal dejjem, Wenz!”





Facebook / Maronia Gray



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI