It-tim tar-ristorant Da Luigi fir-Rabat ħabbar li f'Diċembru ser ikun qed jagħlaq il-bibien tiegħu. Fakkar il-vjaġġ li beda fid-19 ta’ Diċembru 2012, meta fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba minn ħolma sempliċi ta’ familja.
F’messaġġ emozzjonanti, it-tim spjega kif dak li beda bħala ristorant inbidel fit-tieni dar tagħhom, post mimli daħk, ċelebrazzjonijiet, ħbiberiji u memorji sbieħ li ma jintesew qatt.
Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li kienu parti minn dan il-vjaġġ tul dawn l-aħħar 14-il sena, u enfasizzaw kemm huma grati lejn il-klijenti u l-ħbieb li taw sehemhom biex Da Luigi sar ferm aktar minn sempliċi ristorant.
Fid-19 ta' Diċembru li jmiss huma ser ikunu qed iservu għall-aħħar darba.
"Fid-19 ta’ Diċembru 2026, se jkun l-aħħar jum tagħna f’Da Luigi taħt it-tmexxija tal-familja tagħna. Wara din id-data, ir-ristorant se jibda kapitlu ġdid taħt tmexxija ġdida, b’isem ġdid: Due Cuori."
Prosit lit-tim kollu u Awguri għal dak li jmiss!
Facebook/ Da Luigi