Il-Marokk huwa fost it-3 pajjiżi li se jkunu qed jospitaw it-Tazza Tad-Dinja 2030, flimkien ma’ Spanja u mal-Portugall. Skont bosta sorsi fosthom IAWPC, il-Marokk qed joqtlu bosta klieb mit-toroq bi preparazzjoni biex jospitaw eluf kbar ta’ nies. Vuċi għall-Annimali tkellmu dwar dan.
“Toqtlu l-klieb biex tilqgħu l-partitarji?Tal-mistħija. Il-Marokk qed iħejji għat-Tazza tad-Dinja tal-2030, waqt li skont l-IAWPC, il-qtil tal-klieb fit-toroq għadu għaddej. Ħajjiet li jintremew biex ma jtelfux l-image tal-pajjiż.
Il-klieb mhumiex żibel. Mhumiex tiżjin li tneħħih meta jaslu t-turisti. U l-futbol ma jagħti lil ħadd il-liċenzja li joqtol. Iktar minn sena ilu qajjimna din il-kwistjoni mal-Malta Football Association. Illum nerġgħu nistaqsu: se tieħdu pożizzjoni pubblika? Se titolbu lill-FIFA taġixxi? Jew dan kollu ma jimpurtax sakemm tintlagħab il-logħba?
Ma rridux kliem sabiħ dwar ir-rispett u l-valuri sportivi waqt li dawn l-annimali jħallsu b’ħajjithom. Irridu kundanna ċara, pressjoni fuq il-FIFA u talba biex il-qtil jieqaf minnufih. llum, 17 ta’ Novembru, qed jiġu organizzati protesti internazzjonali. Minn Malta wkoll għandna nsemmgħu leħinna.
Iffirma l-petizzjoni. Aqsam dan l-appell. Itlob lill-MFA tieħu pożizzjoni.
https://actionnetwork.org/.../the-international-animal...
It-Tazza tad-Dinja mhix skuża għall-moħqrija. U l-prestiġju tal-futbol ma jiswiex iktar minn ħajja.”