Il-Kantanta Karen DeBattista Lbieraħ Iżżewġet Lill-Maħbub Tagħha Mark Scicluna

Ilbieraħ waranofsinhar il-kantanta Karen DeBattista u l-kompożitur Mark Scicluna ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ f’ċeremonja mill-isbaħ. Lil Karen ħafna jafuha grazzi għas-suċċess tagħha lura fl-2014 permezz tal-kanzunetta Jien Ma Naħdimx li kienet rebħet l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu. Kanzunetta li kellha kompożizzjoni tar-raġel tagħha stess.





Ritratt: Facebook / Marlon Polidano

Barra minn dan lil Karen niftakruha ukoll fil-finali tal-Malta Eurovision permezz tal-kanzunetta 12, Baker Street. Tul is-snin lill-kantanta rajnieha f’kompetizzjonijiet oħra inkluż il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u wkoll is-Summer Hit Song Contest. Kienet il-mużika li laqqgħet lil din il-koppja.

Mark flimkien ma’ ħabib tiegħu kien kiteb kanzunetta madwar għaxar snin ilu u l-għażla tal-kantanta waqgħet fuq Karen li kienet għadha fil-bidu tal-karriera tagħha. Minn hemm nibtet storja ta’ mħabba li lbieraħ waslet għal din iċ-ċelebrazzjoni mill-isbaħ. Ma setax jonqos li l-mużika jkollha parti integrali miċ-ċelebrazzjoni tagħhom u l-mistednin gawdew minn żewġ kanzunetti oriġinali.

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawguraw minn qalbna lill-koppja l-isbaħ xewqat. Awguri Mark u Karen!

Facebook / Marlon Polidano



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI