Waqt li jħeġġeġ lil kulħadd biex jibqa' moħħu hemm f'dawn il-mumenti u jimxi mar-restrizzjonijiet, Gerald għadu kif ħabbar fuq il-paġna tiegħu li milli jidher il-figuri neżlin f'dawk li huma każijiet pożittivi.
Infatti Gerald kiteb li llum l-R Factor huwa ta' 0.9 waqt li l-ammont ta' każijiet pożittivi, bir-re-tests inklużi, kapaċi jilħaq madwar 95 każ pożittiv. In-numri ta' każijiet pożittivi u ta' fejqan jitħabbru madwar in-12:30pm mill-paġna saħħa.
Fil-waqt li nittamaw li jiżdied ukoll l-irkupru l-aktar fost dawk vulnerabbli, j'Alla nkomplu naraw in-numru ta' każijiet nieżel.