Illum jiċċelebra għeluq sninu l-maħbub ta’ Jacqui Losco u f’dan il-jum hi qasmet filmat b’diversi memorji li huma għexu flimkien. Flimkien ma’ dan il-filmat hi kitbet messaġġ biex tawguralu l-isbaħ xewqat.
Hi tikteb, “Nawguraw f’għeluq it-30 sena lir-raġel mill-iktar ċajtier u tal-għaġeb li naf! Mhux kulħadd għandu ċ-ċans jara din in-naħa tiegħek, imma lil hinn mill-imħabba u l-ħlewwa tiegħek, is-sens ta’ umoriżmu tiegħek huwa wieħed mir-raġunijiet għala nħobbok daqshekk!”
Jacqui tkompli, “Int tassew l-aqwa ħaġa li qatt ġratli, u jien tant eċċitata li qed niċċelebra dan il-mument speċjali miegħek… nittama wkoll li mhux l-aħħar wieħed flimkien għax naf li se tgħaddili botta fuq dan ir-reel LOL.”
Hi jtemm, “Ħa tagħlaq 30 darba biss, għażiż!”
View this post on Instagram