Il-kjoskijiet, snackbars u r-ristoranti qed jiġu ordnati jagħlqu sal-11 ta’ April u jistgħu joffru biss take-aways, dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-ħin ilu.
B’reazzjoni għal żieda f’każijiet tal-Covid-19, b’rekord ġdid illum, huwa qal f’konferenza stampa li nightclubs, bars u klabbs se jibqgħu magħluqa. Dawk li jiksru r-regoli se jiġu mmultati €6,000, id-doppju tal-multa ta’ qabel li kienet €3,000.
Ħaddiema tas-servizz pubbliku għandhom jaħdmu mid-dar kemm jista’ jkun, Avvenimenti organizzati bil-massa qed jiġu pprojbiti wkoll barra attivitajiet bħal tiġijiet u attivitajiet reliġjużi.
Fl-avvenimenti tad-djar, ma jistax ikun hemm nies minn aktar minn erbat idjar. Il-ksur tar-regola ser iġġorr multa ta’ €100.