Isma' X'qal Bocelli Lil Ira Losco Wara L-Prestazzjoni Tal-Bieraħ

Tkellimna ma' Ira Losco wara l-kunċert grandjuż ta' Joseph Calleja li sar 'il bieraħ. Għal Ira din kienet l-ewwel darba li qatt kantat mat-tenur Malti Joseph Calleja u qaltilna hekk: 

"Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi inkanta ma' Joseph Calleja, konna ilna nipjanaw... sa fl-aħħar sibna s-sena li kelli nipparteċipa u ovvjament xorta kont eċitata". 

Ira tistqarr magħna li dejjem tkun eċitata meta tkun fuq il-palk. "Hija xi ħaġa mportantissima għax iżżomm artist u performer illi jżomm għal qalbu l-palk".

Ira xtaqet li r-repertorju li tagħżel ikun ixaqleb ftit lejn il-klassiku. "Kienu kanzunetti li niftakarni nismagħhom f'ambitu klassiku u li dejjem għoġbuni". Ira tgħidilna li l-kanzunetta li kantat 'il bieraħ La Vie En Rose kienet tkantaha meta kellha 16-il sena ma' pjanista ħabiba tagħha ġewwa l-Belt Valletta.

Din hija l-verżjoni ta' Ira ma' Joseph Calleja

"Kienet waħda mill-kanzunetti bil-Franċiż peress li dak iż-żmien kont nistudja din il-lingwa fl-livel avvanzat". - Ira Losco

Staqsejna lil Ira jekk Sean għoġbitux il-prestazzjoni tagħha... "Sean ma nafx kemm hu intiż tal-mużika imma naħseb li ħa gost bil-prestazzjoni tiegħi. Aktar il-ġenituri tiegħi huma nteressati f'dan il-qasam u ħadu ħafna gost". 

Ira kantat ukoll ma' Andrea Bocelli l-kanzunetta Vivo Per Lei. "L-esperjenza ta' Bocelli kienet waħda li nista' nżid mal-lista tiegħi kont onorata li niltaqa' miegħu fil-performance". Ira tgħidilna li pprattikaw d-diska fid-dressing room tiegħu. Kien ġentili ħafna wara li kantajt il-maniġer tiegħu u hu stess qaluli li għoġbithom ħafna l-vuċi u l-interpretazzjoni tiegħi".

Tista tisma' l-intervista ma' Ira Losco hawn: 

Ira Losco / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI