"Issa Qabżet L-40 Minn Ġisimha Avolja Ma Tidhirx Għax Għadha Magħquda" – Chrysander Agius

Il-komiku Chrysander Agius illum qed jiċċelebra għeluq snin martu. Minkejja li ma jgħidx bl-eżżatt kemm ser tagħlaq, jikxifha li “issa qabżet l-40 minn ġisimha avolja ma tidhirx għax għadha magħquda” jikteb il-komiku. Chrysander jirringrazzja lil martu, “…talli taqsam miegħi it-tlajja u l-inżul, u tpoġġi t-tbissima bejn tgergir w oħra”.





Bħalissa Chrysander flimkien ma’ Daniel qed jipreparaw xow speċjali għal Jum San Valentinu. Liema xow tista’ tarah fil-kumdita ta’ darek billi tidħol HAWN. Għal dan ix-xow, Sander kiteb li kien ltaqa’ ma’ Alison fiż-żmien Mini Bugz fejn il-familja ta’ Alison kienu marru għal tour ġewwa d-Dolomiti u ltaqa’ magħha hemm!

Sander iddeskrivieha bhala l-isbaħ tfajla li kien hemm fit-tour, spiċċa għamel ħbieb magħha u anke m’ommha li tgħidx kemm daħħakha. 



Awguri Alison!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI