Jagħlaq Sninu Josmar Ta' Sibtek! – Kemm Taħsbu Li Għalaq?

Illum jagħlaq sninu l-preżentatur tal-programm Sibtek, Josmar Gatt! Josmar għalaq 31 sena u twieled bħal-lum 16 ta’ Settembru tas-sena 1990.

Josmar huwa magħruf l-aktar għall-program ‘Sibtek’ li hu flimkien mal-partner tiegħu Ryan Borg jippreżentaw kull nhar ta’ Sibt. Apparti minn hekk, Josmar huwa wkoll kantant. Infatti rajnieh f’festivals differenti fosthom il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u Malta Hit Song Contest.

Fost dawk il-persuni li awgurawlu f’għeluq sninu, kien hemm ommu Marie li qaltlu “jien dejjem miegħek sal-aħħar nifs tiegħi.”

Gwida.mt tawgura lil Josmar l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant speċjali għalih!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI