Jekk Iġġib Tattoo, Tista’ Tagħmel Il-Ġid!

Qatt bsart li tkun tista’ ġġib tattoo u fl-istess ħin tkun qed tgħin kawża tajba? Hekk ser isir ix-xahar id-dieħel fit-12 ta' Settembru, u dan l-avveniment jaf jiswa għalik kemm jekk int miksi kollok bit-tpenġija u kemm jekk għadek qed taħseb dwar l-ewwel waħda li ħa ġġib!

Tattoos

Facebook / Modern Tribe Tattoo Studio

Il-ħanut tat-tpenġija Modern Tribe Tattoo Studio nieda inizjattiva għall-ġimgħa tal-Pride li ġejja jisimha “Tattoos for Pride”, fejn beħsiebhom joħorġu diversi desinji ta’ tpenġijiet differenti u n-nies jagħżlu d-desinn li jixtiequ. Dan qiegħed isir f’ġieħ l-MGRM, u għalhekk parti mill-profitti li jinġabru ser tmur għalihom sabiex ikunu jistgħu jkomplu x-xogħol li qed jagħmlu favur il-komunita LGBT+: dan jinkludi, fost oħrajn, helpline nazzjonali għal nies LGBT+ kif ukoll avvenimenti ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ.

Tats

Travelgay.com

It-temi tat-tpenġijiet ser ikollhom x’jaqsmu l-aktar mal-Pride. U mhux bilfors trid tkun akkanit tat-tpenġija biex tgħin – jekk ma tixtieqx titpenġa, xorta waħda għandek iċ-ċans tagħti donazzjoni dakinhar stess. M’għandekx bżonn timtela biex turi l-appoġġ tiegħek!

Facebook / MGRM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI