Dustin Diamond, l-attur li kiseb fama fuq is-sitcom ta’ NBC bl-isem ta’ Saved by the Bell meta kien għadu żgħir, sfortunatament wara suċċess enormi l-attur tħabat biex isib xogħol fis-snin ta’ wara. Hu miet ilbiera fi Florida, kellu biss 44 sena.
F’Jannar, ir-rappreżentanti tiegħu qalu fi stqarrija li kellu kanċer, kanċer avvanzat fi stadju 4. Jidher li dam ma fittex il-kura għax kien jibża’ li l-papparazzi ħa jieħdu xi ritratti tiegħu u jagħmlu storja bih. Ħafna kienu dawk li jitmejlu bih minħabba l-karattru li kellu.
Mill-1989 sal-1992, Diamond għamel il-karattru ta’ Samuel “Screech” Powers fuq Saved by the Bell, li kienet segwita minn eluf kbar – tant hu hekk li s-sensiela kellha numru kbir ta’ ammiraturi.
Sfortunatament, missier Dustin tilef l-unika tifel li kien għadu ħaj. Omm Diamond, Jaimee Diamond, mietet bil-kanċer tas-sider fl-1996, u ħuh il-kbir, Ryan Diamond, miet b’kundizzjoni tal-qalb fl-1983 ta’ 8 snin.
Facebook / Saved by the Bell: NOW