Permezz ta’ vidjow u kitba ċkejkna, Awla laqqgħu lis-segwaċi tagħhom fuq Facebook ma’ Josette Camilleri li għada ser tkun qed taqsam l-istorja tagħha fuq il-programm Awla.
Huma qalu, “Josette Camilleri romlot ftit inqas minn sena ilu, fl-4 ta’ Ottubru meta żewġha Pierre Camilleri għamel suwiċidju. Segwi Awla fuq dan is-suġġett għada fit-20.35 u l-istorja kollha ta’ Josette b’mod esklussiv fuq Facebook tagħna.”
Fil-vidjow li fih tkelmet Josette, hi qalet, “dan hu l-appell tiegħi: kemm hu sabiħ li jekk int tkun għaddej minn tbatija, iftaħ qalbek. Hemm ħafna nies li jridu jisimgħuk u jridu jgħinuk. Waqt il-funeral kien hemm knisja ppakkjata, biz-zuntier ippakjat, kollha familjari, ħbieb, nies li naf li kienu jħobbuh ħafna.”
Hi żżid, “Naf għax kien persuna li ma tistax ma tħobbiex. Kieku fetah qalbu ma xi ħadd, kieku forsi kien jista’ jara kemm hawn nies lesti li jgħinu. Hawn ħafna nies lesti li jgħinu. Jekk ma ssibx ħbieb li lesti li jgħinu, jew jekk int ma tixtieqx tiftaħ qalbek ma’ tal-familja ħalli ma tinkwetahomx, hawn professjonisti.”
Facebook/ Awla