Missier Emma, il-Membru Parlamentari Robert Cutajar dalgħodu ħalla messaġġ lil bintu fuq il-midja soċjali wara li rringrazzja lil kull min emmen fiha sabiex waslet mal-ewwel erba’ tal-episodju tal-bieraħ fuq Malta’s Got Talent.
Hu qallha, “Għażiża Emma l-aħħar kelma għalik….ibqa’ aħdem b’saqajk mal-art u kompli emmen fik innifsek b’umiltà u rispett lejn dawk kollha ta’ madwarek kif dejjem għamilt. Inħobbuk u kburin bik.”
Fil-bidu tal-messaġġ hu kiteb, “Li tirbaħ huwa sabiħ però li tipparteċipa, titgħallem u tieħu gost huwa ferm iktar ta’ valur. Kienet pjattaforma fejn Emma setgħet toħroġ u tesprimi b’umiltà il-kapaċitajiet tagħha minkejja l-età tenera tagħha. Sodisfatti mmens li waslet sa hawn. Grazzi lill-ġurija, lill-organizzaturi, lill-parteċipanti kollha u awguri lill-finalisti.”
Facebook / Malta’s Got Talent