“Kont Naf Li X-Xahar Ta’ Wara Ma Kienx Se Jkolli Biex Inħallas Għal Saqaf” – Anna Vella Dwar It-Tbatija Li Għaddiet Minnha

Anna Vella kitbet fuq il-paġna tagħha esperjenza personali ta’ tbatija. Spjegat kif sentejn ilu kienet iddeċidiet li tissagrifika l-aħħar ftit flus tagħha biex tfejjaq 21 ferħ ta’ qattusa, bil-konsegwenza li x-xahar ta’ wara ma kienx se jkollha flus biex tħallas għal saqaf fuq rasha.

Fi kliemha, “L-aħħar ftit flus li kelli użajthom biex nipprova nfejjaq 21 ferħ ta’ qattusa, imma kont naf li x-xahar ta’ wara ma kienx se jkolli biex inħallas għal saqaf.”

Hi spjegat kif ftit granet wara bdiet is-sistema tal-BCRS u għalhekk hi bdiet titlob lin-nies biex jiġbruhom u jtuhomlha bħala donazzjoni għall-qtates. Hi rringrazzjat bil-kbir lil kull min għena f’dan il-vjaġġ għaliex bis-saħħa tagħhom qed jgħinu mijiet ta’ qattus u qattusa.

Hi spiċċat il-messaġġ bil-kliem, “Grazzi mhix biżżejjed imma grazzi!!”





Facebook / Anna Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI