Il-preżentatur Joe Chetcuti tkellem mas-sit The People of Malta dwar il-passjonijiet tiegħu u dwar ħajtu. Bla dubju bħalma ħafna jafu, il-festi jagħmlu parti kbira minn ħajtu.
"Il-festi u l-futbol huma ż-żewġ passjonijiet tiegħi. Ħafna jafuni fuq ir-radju, minħabba programm li nagħmel marbut mal-marċi u festi Maltin. Jien rispettat mill-baned u l-irħula kollha. Dejjem pruvajt ngħin. Oħrajn li jafuni għaliex marbut wisq mal-klabb tal-Milan."
Flimkien ma' Joe Quattromani Joe waqqaf il-Mosta Supporters Club. Waħda mill-kwalitajiet li wasluh iwaqqaf dan il-klabb kienet l-importanza li jagħti lis-sapport.
"Kelli tfulija sabiħa. Il-festi huma ċelebrazzjoni ta' għaqda u niddejjaq nisma' bi ġlied jew pika żejda li ġid ma tagħmilx. It-tgħajjir idejjaqni. Il-kompetizzjoni sabiħa imma dak li hu ta' ħsara mhux sewwa li jsir. Ma ngħidx li l-festi tagħna għad imutu. Twieldu biex jibqgħu. Il-każini għandhom ħafna responsabiltajiet. L-imħabba tiegħi lejn il-festi ġejja minn meta kont tifel, abbati."
Illum Joe jokkupa l-kariga ta' President Onorarju ma' bosta każini tal-baned. Ara aktar fil-post ta' The People Of Malta.