Allegatament il-Ministri fir-Renju Unit qed ifasslu pjanijiet biex il-familji jitħallew jitħalltu sa ħames ijiem sabiex ikunu jistgħu jgawdu l-Milied flimkien. Bħalissa fir-Renju Unit, il-familji huma mitluba li ma jitħalltux flimkien u dak li jkun importanti li jkollu kuntatt biss ma' nies tal-istess bubble.
View this post on Instagram
Dan ifisser li jekk din it-talba ħa tibqa' fis-seħħ, ħafna familji mhux ħa jkollhom iċ-ċans li jkunu flimkien dan il-Milied. Il-ħsieb huwa li l-familji jistgħu jingħaqdu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied sakemm ma jitħalltux aktar minn erba' bubbles. Dan sabiex jekk jinserta jkun hemm firxa ta' virus, tkun b'xi mod jew ieħor limitata.
Il-Prim Ministru Ingliż ried "jiżgura li n-nies jistgħu jqattgħu ħin mal-familja mill-qrib matul il-Milied." Madankollu għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar il-pjanijiet. Jekk dawn jidħlu fis-seħħ, il-pjan hu li jkun bejn l-24 u t-28 ta' Jannar.