Meghan May, il-kantanta lokali magħrufa għall-vuċi unika tagħha u l-karattru pożittiv, se tkun qed tagħmel it-tielet esperjenza volontarja tagħha fil-Ghana mal-organizzazzjoni HopeXchange Malta. Din l-inizjattiva ta’ qalb tajba hija riflessjoni ċara ta’ kemm Meghan tħoss passjoni mhux biss għall-mużika iżda wkoll għall-għajnuna lil dawk fil-bżonn.
HopeXchange Malta hija organizzazzjoni li taħdem b’ħeġġa sabiex tipprovdi servizzi mediċi, edukattivi, u komunitarji ff’pajjiżi inqas ixxurtjati, speċjalment għal dawk li jgħixu f’kundizzjonijiet diffiċli. Għal Meghan, din mhix sempliċement missjoni ta’ xogħol iżda esperjenza li tgħinha tikkonnettja ma’ nies minn kulturi differenti u tagħti kontribut sinifikanti lil komunitajiet vulnerabbli.
Meghan se tingħaqad ma’ grupp ta’ voluntiera li, bħalha, huma impenjati biex jagħmlu differenza pożittiva. Din id-darba, Meghan tħares ’il quddiem biex tikkollabora ma’ tim ta’ voluntiera ġodda.
Awguri, Meghan, fil-missjoni tiegħek, u grazzi talli qed tkomplu tkun ta’ eżempju ta’ ġenerożità u passjoni li Malta tista’ tkun kburi biha!
Facebook / Meghan May