Fuq il-midja soċjali ġie mħabbar mill-Infrastruttura ta’ Malta li minn għada t-Tnejn l-1 ta’ Frar 2020, triq prinċipali minn Ħ’Attard se tingħalaq għal xi ġimgħat minħabba xi xogħolijiet li se jkunu qed isiru.
Il-paġna kitbet: “Nhar it-Tnejn (l-1 ta’ Frar 2021), se nibdew nibnu mill-ġdid Triq in-Nutar Zarb, f’Ħ’Attard, bħala parti minn Central Link Project.”
“Katusi, pajpijiet u cables taħt l-art biex intejbu l-kwalità tas-servizzi lir-residenti tal-inħawi, bankini usa’, korsija għar-roti ġdida u aktar.”
“Waħda miż-żewġ korsiji ta’ din it-triq fid-direzzjoni tal-Lvant (minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel) se tkun magħluqa għat-tħaffir tat-trinek fil-ġimgħat li ġejjin.”
Għalhekk, wieħed hu mitlub biex joqgħod attent meta jkun għaddej minn dawn l-inħawi.
Facebook/Infrastructure Malta