“Nemmen Fil-Qawwa Tat-Talb… L-Operazzjoni Ta’ Francesco Rnexxiet” – Is-Surmast Lelio Spiteri

Lelio Spiteri, s-Surmast ta’ The Happy School f’Għawdex, tista’ tgħid sar magħruf ħafna fuq il-midja soċjali tal-qalb tajba li għandu u l-imħabba kbira li juri lejn it-tfal. Din id-darba, Lelio kiteb dwar tifel, Francesco, li kellu jagħmel operazzjoni delikata u diffiċli. 





“Dawn il-jumejn ħeġġiġtkom biex flimkien nitolbu għal Francesco, tifel tarbija li bħalissa jinsab Ruma għall-kura. Jien lil Francesco ma nafux. Qatt ma rajtu. Kienet ommu li bagħtitli u urietni x-xewqa tagħha biex intella’ post fuq il-paġna tiegħi ta’ Facebook biex nitolbu għalih,” kiteb is-Sur Lelio. 

“Jien hekk għamilt għax iva nemmen fil-qawwa tat-talb. L-operazzjoni xejn faċli rnexxiet. Issa jeħtieġ jirkupra bil-mod għax xorta jibqa’ ċerta riskju. Għalhekk inkomplu nitolbu. Ma niqfux. Xewqa waħda għandi, li wara dan kollu, niltaqa’ miegħu u mill-bogħod jew mill-qrib infaqqagħlu bewsa mill-kbar nett.”



Aħna nittamaw li s-saħħa taċ-ċkejken Francesco timxi ’l quddiem. Kuraġġ żgħiru. 

Facebook/Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI