“Qatt Minsi U Dejjem Maħbub” – Trevor Zahra Jfakkar It-Telfa Ta’ Persuna Għażiża

“Illum 18 ta’ Lulju jaħbat għeluq is-17-il sena mill-mewt tal-għażiż missieri Walter Zahra. Qatt minsi u dejjem maħbub,” kiteb l-awtur popolari Trevor Zahra fuq il-midja soċjali.

Fuq is-sit elettroniku Wirt iż-Żejtun, sibna xi informazzjoni dwar Walter. “Walter Zahra kien ħadem bil-kbir favur il-ħarsien tal-wirt kulturali u storiku fuq livell nazzjonali.  Għal snin sħaħ kien is-segretarju ta’ Din l-Art Ħelwa.”





“Walter kien ukoll ġurnalist, stampier u xandar.  Kien jikteb diversi artikli bħala kontributur u saħanasitra anke editur ta’ ġurnali.  Kien ukoll trade-unjonista, fejn ħadem bħala Segretarju tas-CMTU.”

“L-aktar qasam li kien għal qalbu kienet l-istorja, b’mod speċjali l-arkitettura. Kien ħabib sew ta’ Quentin Hughes, kittieb u riċekatur Ingliz li ħadem ħafna f’riċerka dwar l-arkitettura Maltija.”

Facebook/Trevor Zahra



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI