Jekk int eliġibbli, se tingħata pakket ta’ 10 maskri b’xejn! Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan ħabbar li “qed iqassam maskri disponibbli għall-użu tar-residenti ta’ San Ġiljan. Kull dar hija ntitolata għall-pakkett li jkun fih 10 maskri. Kull min jiġi l-ewwel jinqeda.”
“Min hu nteressat ghandu jigbor dan il-pakkett b mill-ufficju taghna bejn it-8:00 u s-14:00 billi jgib mieghu l-karta ta l-identita. Grazzi.”
Inizjattiva tajba wisq mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan. Jekk int minn din il-lokalità, titlifx l-opportunità!
Facebook/Kunsill Lokali San Ġiljan