Tefgħuh Ġo Kaxxa Fix-Xemx U Bla Ilma – Għandu Bżonn Jinżamm F’Malta Għal 6 Ġimgħat

Il-paġna ‘Malta, News, Photos and People’ qasmet storja dwar ġeru li ġie mitfgħuh ġo kaxxa u tħalla bil-għatx fix-xemx.

Dan il-kelb instab minn persuna li bħalissa għaddeja b’vaganza f’Malta. Jidher li din il-persuna ddeċidiet li tieħu lil dan il-kelb fl-Ingilterra biex b’hekk ikollu dar ġdida u lil min iħobbu, imma għalissa hemm bżonn li l-kelb jibqa’ Malta għal sitt ġimgħat.

Il-kelb ittieħed għand veterinarju u jidher li m’għandux kumplikazzjonijiet. Fil-fatt, il-kelb qed jiekol u anke qed jorqod sew matul il-lejl.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI