“Persuna maħbuba minn kulħadd, ċertament ser tħalli vojt kbir, persuna ta’ qalb tajba, persuna li dejjem lesta tgħin lil kulħadd, persuna li tħossok tajjeb tiftaħ qalbek magħha u dejjem kienet ta’ għajnuna kbira kemm fuq ix-xogħol kif ukoll personalment, kont nistħajjilha t-tieni ommi.” Hekk iddiskriva lis-Sinjura Marion Monaco, is-sindku tal-Gżira Condrad Borg Manché erbat ijiem ilu.
Illum kienet propju l-ġurnata meta tawha l-aħħar tislima. Is-sindku Conrad anke sellem mill-ġdid il-memorja tagħha fuq il-profil tiegħu: “F’ismi, f’isem il-kunsill Lokali u f’isem il-familjari nixtieq nirringrazzja lil kull minn gie isellem lil Marion quddiem il-kunsill kif ukoll fil-knisja.”
Strieħ fis-sliem Sinjura Marion.