Il-kantanta Sarah Micallef Muscat xtaqet taqsam fuq il-midja soċjali messaġġ iddedikat għal ommha Margaret f’dan il-jum xi ftit diffiċli għalihom.
Hi tiddeskrivi lil ommha “mara tal-bliegħ” għall-fatt li hi ħadet l-irwol kemm ta’ omm kif ukoll ta’ missier. “Qatt mhu ser nieqaf niftaħar bik man-nies li niltaqa’! Kemm jien fortunata li għandi lilek bħala l-omm u l-missier, ma nistax nistaqsi għal xi ħadd aħjar”. Hi ttenni li għaliha din hi l-ġurnata speċjali ta’ ommha u fiha xtaqet tonora l-ħidma iebsa li għaddiet minnha biex rabbietha: “Ħaqqek tiċċelebra llum daqs li kieku kienet tiegħek biss”.
Minn qalbna nawguraw lil din il-mara b’saħħitha f’kull sens li kienet ta’ spalla soda għal bintha Sarah minkejja l-ostakli tal-ħajja!