Bosta qed ifakkru t-telfa ta’ Julio miż-Żejtun, li ħalliena 9 snin ilu. Julio kien bniedem li “ħadem mill-qalb għat-tim tal-futbol ta’ Żejtun Corinthians.”
Persuna li tafu sew kitbitlu messaġġ fuq il-midja soċjali: “Biex issib ritratt tiegħek wegħda għax dejjem kont tinħeba! U li kont tagħmel għamiltu dejjem mill-qalb u bla pretensjoni. Rawwimtli l-imħabba għall-klabb u jiġu dawk il-mumenti fejn in-nuqqas tiegħek inħossu hafna aktar… ħu hsiebna dejjem.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Julio, u lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż.
Facebook/Malta, News, Photos and People