Il-Ħadd li ġej jibda l-programm UEJJA, bi preżentazzjoni ta’ Angie Laus. Il-programm li ħa jkun qed jieħu post Ħadd Għalik, bl-isem ta’ UEJJA. Angie ħa żżom l-istess ġeneru ta’ programm iżda l-format ħa jkun kemxejn differenti.

Aħna ta’ Gwida, staqsejnieha jekk taħsibx li l-programm il-ġdid jistax jirreplika s-suċċess li kellu Ħadd Għalik, li sena wara sena baqa’ popolari u l-udjenza kienet dejjem ħerqana sabiex tara x’kien imiss.
Hi magħna tistqarr, “Nibża’. Fil-verità ansjetà kbira, mhux faċli, inti meta titlaq xi ħaġa li tkun sejra tajjeb mhux faċli xejn għaliex terġa’ tibda kollox mill-bidu u naħseb li kieku m’għandix tim tajjeb lanqas biss tgħaddili minn moħħi.”

Angie tkompli tgħidilna, “Fl-istess ħin għandek l-eċitament ta’ xi ħaġa ġdida totalment. Naħseb li fil-bidu ħa jkun hemm nies li ħa jogħġobhom ħafna iktar u ħa jkun hemm nies li se jgħidu aħjar żammejtu Ħadd Għalik però dik xi ħaġa normali għax jekk xi ħaġa kienu drawha, diffiċli biex tinqata’, anke għalina.”
Clint Gerald Attard