Ilbieraħ qsamna l-aħbar magħkom li Bella, il-ferrett ta’ Casey Connor tinsab mitlufa u ilha mitlufa għal dawn l-aħħar ġranet. Għal Casey, Bella tfisser id-dinja għax għaliha toffri wkoll wens. Ilbieraħ grazzi talli intom qsamtu l-aħbar ma’ sħabkom u wkoll ma’ familjari tagħkom.
Casey kitbet, “Wiċċi jgħid kollox! Bella nstabet illum! Kienet għand ġar tagħna b’qalb tad-deheb! Huwa ġie infurmat bil-posts u l-artikli. J’alla Alla jberikkom ilkoll u grazzi tal-għajnuna tagħkom. Verament napprezzaha minn qalbi. Ma nistghax nemmen!”
Facebook / Casey Connor