“X’Għandu X’Jaqsam It-Tifel Ta’ Min Hu? Dan Il-Ġuvni Rriforma, Għala Twaddbu L-Ħabs?” – Peppi Azzopardi

Bosta qed jikkummentaw dwar il-ġuvni li weħel il-ħabs wara 8 snin li seħħ il-każ tiegħu. Wieħed minn dawn il-persuni huwa Peppi Azzopardi, li jemmen li ma tamilx sens li ġuvni li rriforma ruħu jeħel il-ħabs. Ara x’qal eżatt fuq il-midja soċjali:

1.”Uħud mill-portals jirrapportaw li t-tifel ta’ persuna importanti fil-politika weħel il-Ħabs fuq droga. X’għandu x’jaqsam it-tifel ta’ min hu? Għala rridu nkissru lill-familji b’dan il-mod?”

2. “Dan il-każ ilu 8 snin li seħħ. Xi jiġifieri żżomm persuna mdendla għal 8 snin? Dak mhux diġà kastig fih innifsu? U allura wara li ilu 8 snin u jidher li dan il-ġuvni rriforma, għala twaddbu l-Ħabs? Ma stajniex tajnieh community work il-Caritas pereżempju? Imma le l-vendikazzjoni tibqa’ tirrenja.”

3. “Ma nifhimx kif il-Maġistrati u l-Imħallfin jibqgħu jibagħtu lin-nies il-Ħabs meta jafu li llum il-Ħabs hemm sitwazzjoni tal-biża’. Tant li d-Direttur, bil-provi li qed nippubblika, jgħid li qed imexxi l-Ħabs bil-biża’. Kont nistenna li l-ġudikatura qabel ma tkompli tfajjar is-sentenzi ta’ ħabs tinvestiga x’qed jiġri wara dawk il-bibien tal-ħadid li fihom ebda ġurnalist ma jista’ jinvestiga.”

Peppi żvela wkoll ritratt tat-tabella tal-ħabs, li tgħid “Huwa x-xogħol tagħna li ngħallmu l-biżà”. Taqbel ma’ Peppi? Iktbilna fil-kummenti.





Facebook/Peppi Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI